Stampar Bi 3d

3Dprint2
© SGI 2014

Stampar ta' Kollox 

Max u Lily kienu qed igawdu mixja pjaċevoli f'Hyde Park. Max speċjalment, kien qed jipprova jmur eqreb lejn Speaker's Corner, billi f'moħħu kellu diversi suġġetti ta' xjenza u teknoloġija li xtaq janalizza ma’ kwalunkwe persuna li kien lest jisma'.  Lily min-naħa l-oħra kienet kuntenta tippassiġġa fil-madwar, tieħu ritratti ta' għasafar, papri, ċinji u kreaturi oħra kkuluriti, sakemm xi ħaġa stramba laqtet lil għajnejja.

Papra ċkejkna żgħira dehret li kienet f'xi forma ta' għawġ. Wara li osservata għal ftit mumenti, Lily kienet ixxokkjata x'ħin rat li kienet tilfet riġlejha.  Urietha lil Max u huma t-tnejn qorbu lejha.  Lily ħaditha f'dirgħajja u staqsiet lil Max jekk jistgħux jagħmlu xi ħaġa. Max, dejjem f'moħħu kif jista' jsolvi l-problemi, ħaseb f'idea ġenjali.

"Tiftakar dak in-negozju ta' stampar ta' 3D li rajna fi triqitna 'l hawn? staqsa, u malajr żied jgħid li l-motto tagħhom kien "aħna nistampaw kollox".  Jekk jistampaw kollox, huwa kompla, jistgħu jistampaw riġel prostatiku ta' papra, mhux hekk?

"Tassew li nistgħu!" raġel b'wiċċu ħamrani kien qed jitbissem lilhom b'mod assikuranti. Kien il-kap tad-dipartiment tal-prostetika tan-negozju.  "aħna stampajna wkoll netwerks vaskulari li jdumu ħafna" huwa qalilhom bi kburija. Huwa mbagħad ħa serje ta' ritratti tar-riġel tajjeb tal-papra u beda jiddisinja l-prostesi.  Huwa wkoll rrakomanda kirurgu li jista' jwaħħal ir-riġel b'mod sikur. 

Max u Lily ddiskutew miegħu t-tip ta' materjal li jagħmel l-aħjar riġel prostetiku.   Plastik, metall, ċeramika u xema' kienu l-għażliet ewlenien li kellhom.  Sabiex jieħdu deċiżjoni informata, huma talbu għal aktar dettalji dwar kif jaħdem l-istampar 3D. 

Huma diġa kienu jafu li l-istampar 3D huwa proċess fejn oġġett jista' jiġi maħluq mill-bidu. Saff b'saff, l-istampatur iżid il-materjal skont l-iskema 3D, sakemm l-oġġett kollu jiġi fformat. Kważi m'hemm l-ebda limitazzjoni għall-għamla t'oġġett. 

Il-firxa u n-numru tal-applikazzjonijiet tiegħu huma tal-meravilja.  Kollox jista' jiġi stampat: minn oġġetti tal-arti, disinn jew skultura, sa oġġetti prattiċi ta' kuljum, bħal mgħarfa jew kamin, u minn ġojjelli jew aċċessorji tal-moda bħal kpiepel stampati, għall-aktar komponenti kumplessi ta' tagħmir aerospazjali jew awtomottiv.  Xi wħud mill-aktar impressjonijiet estremi li qatt ġew prodotti jinkludu djar sħaħ jew anke ... pancakes!  Iva, kemm l-arkitettura u l-gastronomija użaw l-ispampar 3D b'suċċess!

L-istampar 3D irrivoluzzjona l-prototipi: L-iżvilupp tal-prodott irċieva spinta, peress li l-ħolqien ta' verżjonijiet differenti ta' prodott ġdid sar aktar faċli.  Konsegwentement l-aħjar soluzzjoni tista' tintlaħaq b'mod aktar malajr u effiċjenti.

Madanakollu, xi wħud mill-aktar applikazzjonijiet importanti u mhux mistennija, jinsabu fl-oqsma tal-mediċina u l-bijoloġija.  Riċerkaturi stampaw ċelluli minn kliewi, il-fwied u anke l-qalb.  Impjanti dentali taċ-ċeramika, ġogi tal-metall tal-ġenbejn u irkoppi li ġew sostitwiti huma disinjati għall-persuna f'detall kbir u stampati skont il-ħtiġijiet individwali ta' kull pazjent. 

Issa Lily kienet qed iżżomm il-pazjent ċkejken f'dirgħajja; jista' jkun li ma kinetx mistennija, imma hi u Max kienu determinati li jgħinu lill-papra tirċievi riġel funzjonali ġdid.