Minn materja għal materjali avvanzati
Kollox hu magħul minn materjali
Kienet lejla sajfija sħuna. Max u Lily kienu qed jirrilassaw fl-uffiċċju tagħhom. Max kien qed jissurfja onlajn u Lily kienet qed taqra novella. F'mument ta' nebħa, Lily għalqet il-ktieb tagħha. "Ħares madwarek" hi inkorraġit lil Max mill-kumdità tal-pultruna tal-ġilda tad-desk tagħha. "Kemm il-materja differenti tista' tagħraf?" Max għolla ħuġbejh u ttewweb. "Bis-serjetà!" qalet. Max qam agħmel wiċċ ta' iblaħ u beda jgħodd: "Mela, hemm l-injam, metall, suf, ħaġar..."
"Liema minnhom huma proċessati u liema huma materja prima?" staqsiet.
"Mela, dik tiddependi fuq it-tifsira! Il-ġilda li qegħda fuqu dik proċessata. L-injam fuq id-desk ukoll, imma huwa inqas ipproċessat minn karta. Imma kważi kollha għadew minn xi proċess. M'aħniex bilqiegħda fil-masġar!" Max wieġeb.
Huwa poġġa ħares lejha u staqsieha x'kellha f'moħħha li jagħmel l-affarijiet ta' madwarhom daqshekk interessanti.
"Hi xi ħaġa li qrajt... Kont qed naħseb xi tkun id-dinja mingħajr materjal," Lily wieġbet b'vuċi ta' persuna qed toħlom.
Il-materjali avvanzati huma wara l-applikazzjonijiet fil-ħajja ta' kuljum
"Aħjar tistgħaġeb xi tkun il-ħajja mingħajr materjal avvanzat," hu wieġeb, waqt li ħareġ mill-but it-telefown ċellulari ġdid tiegħu, neħħa l-batterija u wera l-kard tal-memorja. "Tarha? Terabit ta' ħażna, f'ċippa iżgħar minn piżella. Taħżen aktar minn 1000 siegħa ta' vidjow b'riżoluzzjoni għolja. U wkoll, ħares lejn dan," neħħa l-batterija u xejjirha quddiemha: "Taħsad l-enerġija jew mix-xemx jew miċ-ċaqlieq u ddum għal ġimgħat. Ma nistax niftakar meta kien l-aħħar li l-batterija żvojtat".
Lily xenglet rasha u enfasizzat ukoll fuq il-materjali avvanzati li xi kultant jinstabu fil-ġisem tal-bniedem, minn lenti tal-kuntatt għal stents għal partijiet artifiċjali, U semmiet ukoll, b'mod speċi entużjastiku, li l-krema tax-xemx tagħha kien fiha n-nanopartiċelli. Partiċelli ċkejknin, 10,000 darba aktar irqaq minn xagħra ta' bniedem jistgħu jipproteġu firxa aktar wiesgħa ta' UV minn sunscreens tradizzjonali. Max, min-naħa l-oħra, kien aktar interessat fuq il-materjali avvanzati li ġabu effiċjenza massima fil-kompjuters, vetturi, telefoni ċellulari u panewijiet solari. Lily kienet interessata fil-panewijiet solari wkoll, bħala sors rinovabbli ta' enerġija. Minn dejjem kienet interessata f'teknoloġija ħadra. Baqgħu jitkellmu u jitkellmu, kważi jikkompetu min minnhom ser iżid aktar materjali avvanzati fil-konverżazzjoni.
"Taf xi jkun sabiħ?" staqsa Max "li nimmappjaw dawk l-materjali avvanzati li taw forma mill‑ġdid lid-dinja tagħna u għamlitha aktar mgħaġġla, aktar b'saħħitha, orħos u aktar effiċjenti".
"U wkoll aktar b'saħħitha u aktar sostenibbli," Lily żiedet.
"Nistgħu mmorru fi vjaġġ madwar l-Ewropa u naraw it-tekonoloġiji bażati fuq materjali avvanzati li rrivoluzzjonaw ħajjitna," qal reġa' fetaħ l-iskrin tal-laptop tiegħu u befa jittajpja frenetikament biex isib destinazzjonijiet potenzjali.
"Imma stenna, kif tiddefinixxi materjal avvanzat?" Lily staqsiet.
"Liema materjali jistgħu jġorru t-titlu ta' "avvanzati"?
"Taf int, materjali super; materjali b’karatteristika waħda li għandha prestazzjoni estremament għolja," Max wieġeb.
"Bħal?" Lily insistiet.
"Materjali ultra ibsin... jew materjali superkonduċenti li jikkonduċu l-elettriku mingħajr ebda reżistenza. Jew dawk li ma jħobbux l-ilma u jirrippellawh b'qawwa, is-superidrofobiċi. Jew in-nanomaterjali li għidt fuqhom qabel, dawk ta' ġewwa l-lozjoni tax-xemx tiegħek: nanopartiċelli u wkoll, nanofolji, nanotubi, nanowajers,." hu qal.
"Xi tgħid dwar dawk li jimmitaw in-natura? Il-bniedem minn dejjem imita n-natura biex joħloq it-teknoloġija tiegħu. Mill-istudju ta' tjur sabiex ikun jista' jtir, għal kulur strutturali li jippermettilna neħilsu minn kuluri u bleaches li jikkaġunaw ħsara lill-ambjent," Lily ssoktat.
"Hekk hu, il-bijomimika daħlet," Max qabel u kompla jittajpja.
"U anke, materjali eżotiċi, bħal ligi li jiftakru l-għamla; taf inti, materjali li jistgħu jiftakru għamla partikolari u jirrilevawha meta meħtieġ," Lily kompliet malajr.
"U dawk ukoll, inħobbhom," Max gedwed u mbagħad qal entużjastikament: "Nagħmluha! Ewropa, aħna ġejjin!"
Lily baqgħet tiċċassa lejh, hekk kif hu kien qed jagħmel iċ-ċheck-in tagħhom onlajn. "Dak kien malajr,' hi qalet