Forniment ta' mediċina

Drugdelivery2
© SGI 2014

Alleati Mediċi Ġodda

Max kien mgħaddas bis-sħiħ jilgħab logħba fuq il-vidjow, waqt li Lily kienet imdejqa tistenna biex tinfetaħ ix-xatba tagħhom fl-ajruport ta' Heathrow. Max dawwar ġismu fuq ix-xellug u fuq il-lemin iżżomm l-iskrin irqieq tiegħu sew; deher li kien qed jipprova jevita xi ħaġa.  

"X'int tagħmel hemm?" Lily staqsiet nofsha kurjuża, nofsha rieqda. Max ma ħarisx lejha biex jibqa' ffokat fuq il-logħba tiegħu, imma wieġeb malajr: "Emmen jekk trid, qed nipprova nagħmel ix-xogħol li għandi għad-dar". Lily tant kienet sorpriża li marret sa ħdejh. 

"Bis-serjetà? Qegħdin fuq vjaġġ madwar l-Ewropa, baqalna ħamest ijiem qabel immorru d-dar u inti qed tagħmel ix-xogħol għad dar tiegħek?:

"Iva, hekk qed nagħmel" weġibha Max, kważi jaqbeż fuq saqajh jipprova jaqbeż xi ostaklu inviżibbli.  Deher li kien qisu mwaħħal fuq it-tablet tiegħu.

"X'tip ta' xogħol għad-dar huwa daqshekk interessanti?" staqsietu Liz u messitu ħafif fuq dirgħajh.  Max waqaf jiċċaqlaq b'espressjoni muġuwgħa fuq wiċċu.  L-iskrin irrifletta GAME OVER kbira ħafna b'ittri jixgħelu.

"Uups!" Lily gedwed. "Skużani". Max serraħ dahru fuq is-siġġu ddiżapuntat. "Dak kien ix-xogħol fiżjoloġiku għad-dar! Kellna natterraw nanorobot fuq virus fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm" qal b'vuċi diqa.

Lily tagħtu ħarsa perplessa, allura Max beda jispjega.  Fuq skala nano, jiġifieri skala ta' biljun darba iżgħar minn metru, in-nanoteknoloġija ħolqot il-possibilità li mard jiġi intraċċat b'suċċess fl-istadji bikrin u l‑mediċini jingħataw lil ċelluli speċifiċi permezz ta' nanopartiċelli.  Grazzi għal nanoteknoloġija, interventi kirurġiċi u l-effetti kollaterali ta' trattamenti farmaċewtiċi jistgħu jiġu minimizzati.

Tliet komponenti jeħtieġ li jiġu kkombinati sabiex ikun hemm sistema intelliġenti ta' mira għall-mediċina. L-ewwel nett, għandna grupp li qiegħed fil-mira, li jista' jkun proteina, antikorp, jew molekula kkargata li tista' tagħraf u tingħaqad mat-tessut fil-mira fejn tinsab il-problema. It‑tieni nett, neħtieġu trasportatur li fuqu titwaħħal il-mediċina, jew fi kliem ieħor, neħtieġu xi ħaġa li ġġorr il-mediċina.   Dan jista' jkun liposoma jew nanopartiċella jew makromolekula bħal proteina, DNA, jew karboidrat.   Finalment, neħtieġu mediċina li tikkura t-tessut.

Sabiex nevitaw id-distruzzjoni tat-trasportatur mis-sistema immuni tal‑ġisem, nagħmlu kisja fuq il-wiċċ tiegħu, polimeru bijokompatibbli.  Dan il-polimeru jaħdem bħala kapott inviżibbli, li jagħmel il-mediċina inviżibbli għas-sistema immuni. Barra milli taħbiha, jagħmilha wkoll inqas tossika. Polimeru popolari li jagħmel dan ix-xogħol hu PolyEthyleneGlycol, magħruf ukoll bħala PEG. 

L-iżvilupp li jmiss ta' din is-sistema ta' forniment tal-mediċina huwa n‑nanorobot.   Dawn jikkonsistu minn tagħmir mikroskopiku, jew sintetiku jew anke bijoloġiku, li jissensjaw u jipproċessaw informazzjoni, u jaġixxu fuq skala nanometrika.  Dan it-tagħmir jista' jintuża kemm għal skopijiet dijanjostiċi u terapewtiċi.  Jużaw is-sensors tagħhom biex jintraċċaw problema u mbagħad jivvjaġġaw fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm sabiex jirrilaxxaw id-doża meħtieġa fil-post korrett.  In-nanorobots jistgħu jilħqu żoni fil-ġisem tal-bniedem li huma diffiċli jew inkella impossibbli biex tilħaq. Id-daqs żgħir tagħhom ifisser li jistgħu faċilment jiġu inseriti ġol‑ġisem, jeħtieġu kirurġija invażiva minima, jistgħu jintraċċaw mard fi stadji bikrija ħafna u jistgħu jiġġieldu infezzjonijiet minn ġewwa l-ġisem.  Huma bħal suldat qawwi u setgħan li ġie magħdud mal-armata tas‑sistema immuni tagħna; alleat għaċ-ċelluli bojod u għall-mekkaniżmi l‑oħra tad-difiża naturali tagħna.  

"Sistemi ta' forniment tal-mediċini ġew żviluppati għat-trattament ta' dijabete, kanċer, AIDS, il-marda ta' Alzheimer u mard ieħor", Max ikkonkluda, bil-wiri fuq it-tablet tiegħu ta' simulazzjoni sofistikata taċ‑ċirkolazzjoni tad-demm b'nanorobot jivvjaġġa minnha. 

Imma Lily kienet qabblu.   Hija ħatfet it-tagħmir u agħfset l-ikona ta' START. "Tiħux ħsieb, Max" hi qalet. "Nagħmillek ix-xogħol tad-dar jiena għalik" u bdiet tilgħab, tipprova ssib il-mira, billi tgħaddi minn ġo arterja u tipprova ħafna biex ma taħbatx ġoċ-ċelluli ħomor tad-demm.