Werqa artifiċjali hija tagħmir fejn proċess kimiku jimita l-proċess naturali ta' fotosintesi. Il‑werqa artifiċjali taħsad id-dawl tax-xemx sabiex taqsam il-molekuli tal-ilma u tipproduċi l‑idroġenu; l-idroġenu mbagħad jista' jintuża bħala fjuwil.
Metalli prezzjużi bħal platinu u iridju ilhom jintużaw bħala katalisti sabiex jaċelleraw ir‑reazzjonijiet kimiċi. Issa riċerkaturi qed jiffokaw fuq materjali irħas bħal ligi tal-metall sabiex il-proċess ikun aktar effiċjenti.