Stent huwa tubu mmaljat żgħir, li xi kultant jitwassa', li jiġi inserit ġol-ġisem sabiex jittratta arterji li ddjiequ jew ddgħajfu.
L-istent jitqiegħed ġo arterja bħala parti minn proċedura li tissejjaħ Intervent Koronarju Perkutanju (percutaneous coronary intervention, PCI) jew anġjoplasti. Il‑materjali użati fi stents koronarji għandhom ikunu kompatibbli, flessibbli u kapaċi jespandu. L-istents ġeneralment huma magħmula minn stainless steel jew nitinol, imma riċerkaturi qed jaħdmu biex jiżviluppaw materji ta' pjattaformi alternattivi bħal deheb, titanju, ligi tal-kobalt-kromju, ligi ta' tantalju u titanium boron nitride (TiBN).