L-istampar 3D huwa fabrikazzjoni ġdida għall-ħolqien ta' oġġetti 3D. Il-materjali komponenti huma f'għamla likwida li mbagħad jew jiġu depożitati saff saff fi proċess iggwidat mill-kompjuter, jew ifformati direttament bħala oġġetti 3D.
Firxa wiesgħa ta' materjali jistgħu jiġu stampati skont it-tip ta' tagħmir tal-istampar 3D. L‑aktar materjali komuni huma plastiċi bħal nylon u abs (Acrylonitrile Butadiene Styrene) imma ċeramika, metalli bħal stainless steel u titanju, reżini u aktar, jistgħu wkoll jiġu stampati.