Nanowajer huwa nanomaterjal li għandu struttura li tixbaħ wajer b'dijametru fl-ordni ta' nanometru 1 (10-9 metri). F'nanowajer il-proporzjon tat-tul mal-wisgħa hija akbar minn 20; dan ifisser li t-tul tal-wajer għandu jkun akbar minn 20 darba d-diametru tiegħu.
In-nanowajers (NW) jistgħu jiġu kkategorizzati skont in-natura kimika tagħhom (eż. NW molekulari bħal DNA) jew skont l-proprjetajiet elettriċi, bħal nanowajers metalliċi (eż. Ni, Pt, Au), semikonduċenti (eż. Si, InP, GaN, eċċ), u iżolanti (eż. SiO2).