In-nanomaterjali huma mfissra bħala materjali b'tal-anqas dimensjoni waħda (għoli, wisgħa, tul, ħxuna, dijametru) fil-firxa ta' daqsijiet minn madwar 1- 100 nanometru.
Fil-livell nanometriku, xi materjali ma jibqgħux jaġixxu bħala materjali grossolani (ta' daqs akbar) imma l-proprjetajiet tagħhom jobdu l-liġijiet tal-fiżika atomika. Eżempji ta' nanomaterjali huma l-irmied volkaniku, punti ta' kwantum, metall u nanopariċelli ta' ossidi metalliċi, nanotubi tal-karbonju, fullereni eċċ.