Il-pijeżoelettriċi huma materjali li jesebixxu l-effett pijeżoelettriku; dan ifisser li jipproduċu elettriku meta stressjati (i.e. magħfusa).
Il-pijeżoelettriċi huma msemmija wara l-kelma "pijeżo" li tfisser 'tagħfas', u elettriku, Il-pijeżoelettriku jinsab fil-kristalli tal-kwartz (SiO2), f'xi ċeramiċi sintetiċi bħal kristalli ta' barium titanate (BaTiO3), f'zinc oxide (ZnO) u anke fi fibrilli tal-kollaġeni li huma preżenti fl-għadam!