Ligi tal-memorja tal-forma huma ligi (komposti tal-metall) li wara li jkunu ġew deformati jirritornaw għall-forma inizjali tagħhom meta jissaħħnu; dan ifisser li jistgħu "jiftakru" l-għamla oriġinali tagħhom u jirritornaw fiha taħt ċertu ċirkostanzi.
Tip magħruf sew ta' ligi tal-memorja tal-forma (shape memory alloys, SMA) huma l‑ligi ta' nickel-titanium (NiTi), li huma komunement magħrufa bħala "Nitinol". L‑"effett tal-memorja" jista' jiġi spjegat billi jiġi kkonsidrat li l-istruttura ta' kristalla tiddeforma taħt stress, li jekk issaħħanha għal ċertu temperatura tippermettilha tirritorna għall-istat l-aktar stabbli tagħha (li hi l-forma inizjali).