Il-kulur li joħroġ mill-interazzjoni ta' dawl fuq uċuħ strutturati mikroskopikament. Peress li d-dawl jaġixxi bħala mewġa, uċuħ bħal dawn jikkaġunaw interferenza tal-mewġa u bħala riżultat jidhru kuluri differenti jekk tħares minn angoli differenti.
Xi materjali avvanzati huma sintesizzati sabiex jikkontrollaw l-influss tad-dawl u l-kulur permezz ta' struttura. Applikazzjonijiet potenzjali huma drappijiet ta' kamuflaġġ militari, ħġieġ li ma jirriflettix ħafna, ċelluli solari eċċ.