Il-grafene huwa materjal magħmul minn atomi tal-karbonju f'għamla eżagonali (bħal xehda); huwa materjal 2 dimensjonali bi ħxuna t’atomu wieħed biss (madwar 0.34 nm).
Il-grafene huwa ħafna irqaq mill-grafita; il-grafita hu magħmul minn safef sekwenzjali ta' grafene. Grafene ta' kwalità għolja hu b'saħħtu, ħafif u kważi trasparenti u huwa konduttur eċċellenti ta' sħana u elettriku.