Dan ir-reattur jippermetti t-tnaqqis ta' CO2 fl-arja, bi produzzjoni ta' fjuwils u ossiġenu li jistgħu jintużaw. Ir-reazzjoni kimika tiġi aċċelerata b'fotokatalista.
Metalli prezzjużi bħal platinu u iridju ilhom jintużaw bħala katalisti sabiex jaċelleraw ir‑reazzjonijiet kimiċi. Issa riċerkaturi qed jiffokaw fuq materjali irħas bħal ligi tal-metall sabiex il-proċess ikun aktar effiċjenti.