Aeroġel huwa l-aktar materjal ħafif solidu fid-dinja. Huwa magħruf ukoll bħala arja solida jew duħħan iffriżat minħabba l-apparenza tiegħu li tixbaħ is-sema. Aeroġels għandhom densità estremamemt baxxa u konduttività termali baxxa.
Il-kulur ta' aeroġels huwa r-riżultat ta' firxa ta' dawl. Għalkemm magħmulin minn ġel huma jikkonsistu minn materjal solidu, riġidu u xott. L-aeroġels jintużaw min-NASA sabiex jintrappolaw l-partiċelli tat-trab fl-ispazju, f'sistemi ta' forniment ta' mediċini, f'tagħmir tal-isport, awtomobbli, inġenji tal-ajru u ħafna aktar applikazzjonijiet.