Semikondutturi

Pisa Sketch
© SGI 2014

Il-blokok tal-bini taċ-Ċiviltà Tagħna

 " Naħseb il-problema kienu l-briks. Jew kienu rotob wisq jew fraġli wisq!  Il-briks tat-tafal f'dak iż-żmien ma kinux tajbin ħafna, kif tista' timmaġina" Max qal meta ħares lejn il-kampnar.

"Dak mhux il-każ hawn. Il-bini lanqas mhu magħmul minn briks! Hu magħmul minn irħam u kien tqil wisq u l-art kienet ratba wisq skont il-gwida" qalet Lily u wrietu d-displej tagħha, fejn ologramma ta' Professur tal-Istorja Taljana kienet qed titħadded. "Il-briks huma tajbin. Huma l-blokok tal-bini taċ-ċiviltà tagħna... literalment!"

Tassew? Briks? Dak hu li inti tikkonsidra huma l-blokok li bnew iċ-ċivilità tagħna?" Max kien qed jidħaq. "Mela x'inhu allura?" staqsiet Lily. "L-azzar? L‑injam? Materjal avvanzat?  Liga partikolar?"

"Tajjeb, ħares madwarek! X'qed tara?"  qal Max. Lily ħarset madwarha u rat it‑Torri ta' Pisa, il-Katedral, Il-Piazza del Duomo, il-bini kollu... kienu magħmula minn briks jew irħam. Max imbagħad staqsieha biex tara n-nies tal-madwar. It‑turisti kollha kienu mgħammra b'diversi tipi ta' kameras, telfoni ċellulari, tablets, phablets u kull tip ta' aġġeġ elettroniku.

"B'daqshekk? L-elettronika hija l-blokka tal-bini?" It-tagħmir elettroniku kollu hu magħmul minn ċirkuwiti: transistors, ċipep, dijodi, reżistenzi. U kollha kemm huma huma mibnija madwar materjal b'konduttività li tista' tiġi sintonizzata, semikonduttur.

Konduttur, kif jimplika l-isem, huwa materjal li jittrasmetti kurrent, jiġifieri jippermetti li kurrent tal-elettriku jgħaddi minnu, filwaqt li iżolatur huwa l‑oppost: ma jħallix li kurrent jiġi trasmess. Dan jiġri minħabba li kondutturi għandhom elettroni liberi fl-istruttura tagħhom li jgħaddu liberament, filwaqt li iżolaturi m'għandhomx. Il-kondutturi jinkludu materjali bħal fidda u ram (metalli) waqt li iżolaturi jinkludu ħġieġ u karta.

Semikonduttur joqgħod fin-nofs: jista' jittrasmetti kurrent, skont il-kundizzjonijiet madwaru jew jista' le. Nistgħu faċilment nibdlu l-konduttività ta' semikonduttur billi nimmodifikaw l-għadd ta' elettroni liberi li fih billi nsaħħnuh, nilluminawh, jew nibdlu l-kamp elettriku ta' madwaru.   Meta nsaħħnu s-semikonduttur jippermetti l-elettroni jilliberaw ruħhom u jiċċaqilqu liberament bejn l-atomi, b'hekk hemm it-terminu ta' 'elettroni liberi'.

Xi wħud mis-semikondutturi l-aktar famużi huma Silikon u Ġermanju.

Is-semikondutturi huma l-blokok tat-tagħmir elettroniku analogu u diġitali kollu, bħal dijodi, transistors, ċelluli solari, LEDs u displejs, ċirkuwiti integrati, sensors.  Immaġina dinja mingħajr ċipep elettroniċi: ebda radju jew TV, ebda kompjuter, ebda logħob fuq il-vidjow, ebda telefonu ċellulari, ebda tablet, ebda tagħmir mediku elettroniku, ebda bord ta' kontroll avvanzat fuq vetturi jew ajruplani ... din hi dinja mingħajr semikondutturi. 

Okej, allura s-semikondutturi huma l-blokok tal-bini tad-dinja tagħna?  Dan ifisser ġermanju u silikon? Smajt b'Silicon Valley, Silicon Glen eċċ? Dawn huma maħsuba biex ikunu postijiet tal-aħħar teknoloġija."

"Fil-fatt, mhumiex biss silikon u ġermanium. Hemm ħafna aktar materjali semikondutturi u kollha fihom traċċi ta' elementi oħrajn bħal boron jew fosfru.  Dawn iż-żidiet jibdlu l-għadd ta' elettroni liberi. Il-kombinazzjonijiet huma tajbin". Dan il-ħsieb kien qed iwasslu b'mod subkonxju li jgħaqqad il-famuż ġelat Taljan maċ-ċipps.  Huwa ordna vanilla u biċċiet taċ-ċukkulata bi tbissima kbira.

"Kemm hemm elettroni liberi fil-ġelat tiegħek?" Lily ittantatu.

"il-ġelat jista' jkun il-blokka tal-bini tad-dieta tiegħi!" Max weġibha b'ħalqu mimli.