M'hemmx addiji

Goodbye2
© SGI 2014

Lily kienet qed bilqiegħda fuq is-siġġu tagħha, ħosbiena u ftit imdejqa.  Qatt ma kienet tajba biex tagħti addiji u ma rieditx il-vjaġġ tagħha jispiċċa. Max kien qed jipprova jqawwilha qalbha billi jgħidilha il-bużulotti.  Fl-aħħar, iddeċieda jipprova strateġija ġdida.  Ħa mill-but tiegħu t-tablet favorit tiegħu, fetħu u xegħlu. Huwa tbissem.

"5 Terabiti ta' ritratti ċertament ser iferrħuk!" qal. Lily harset fuq spallitha u rat lilha nnifisha tiekol il-ġelat fl-Italja, tgħum fil-gżejjer Griegi, titlajja madwar Pariġi, tilgħab mal-papri fil-park ta' Hyde Park, f'Londra, tixtri f'Barċellona u tieħu gost f'Amsterdam. "Kien pjuttost vjaġġ twil" hi qalet, tipprova titbissem. 

"Minn grafene għal fotovoltajiċi, minn batteriji għal ċelloli tal-fjuwil, minn kulur strutturali għal fotosintesi artifiċjali, minn stampar bit-3D għal forniment tal-mediċini, id-dinja tagħna qed tinbidel u tiżviluppa. Issir aktar effiċjenti, aktar dħulija għall-ambjent, aktar sostenibbli.  Qed isir post aħjar" qal Max

"U taf xiex? Int u jiena aħna parti minn evoluzzjoni xjentifika li ma tintemm qatt. Allura, safejn jien ikkonċernat, m'hemmx addiju! Hemm ħafna aktar affarijiet li jridu jiġu skoperti u inventati u qed nistenniha. Inti mhux hekk?"