Grafene

Graphene2
© SGI 2014

Minn karbonju għal teżor

'IL FUQ FL-ARJA

Issa Max u Lily qed jitilgħu fuq ajruplan magħmul minn komposti avvanzati li jinkludu grafene: struttura tal-karbonju partikolari li għamel l-ajruplan aktar b'saħħtu u eħfef meta mqabbel mal-predeċessuri kollha tiegħu.  

"Il-grafene huwa bħal xehda ma tintemm qatt, magħmula biss mill-karbonju" gemgmet Lily. Max baqa' jfittex għal film sabiex jara waqt il-vjaġġ tagħhom mill-kollezzjoni tal-ajruplan u ma semmagħhiex għall-ewwel. "Kont taf li fil-bidu tas-seklu 21 l-ivvjaġġar bl-ajru kellu l-agħar carbon footprint mill-għażliet kollha tal-ivvjaġġar l-oħra?" hi ripetiet. "imma mhux għal aktar. Din ix-xehda tal‑karbonju ssalva l-jum! Dan l-ajruplan għandu l-emissjonijiet minimi ta' carbon dioxide".

"Kollox huwa dwar l-effiċjenza. Permezz ta' komposti ġodda ta' grafene, l‑inġiniera għamlu inġenji tal-ajru li huma super sikuri, u eħfef li jikkonsmaw ħafna inqas fjuwil" wieġeb Max. Peress li ħassu kemxejn iddiżapuntat mill-istil ta' films tal-kumpanija tal-ajru, mill-but ħareġ xi ħaġa li kienet tidher bħala fojl tal-plastik irqieqa. 

Maxpluslily Airplane Final

Huwa ħallu biex juri touch screen ta' 14-il pulzier u beda jtaptpu biex jagħżel film mill-mijiet li kienu ssejvjati hemm.  Agħmel hekk bi tbissima sodisfatta. "Mhux bl‑inġenji tal-ajru biss imma" qalilha."Il-grafene huwa materjal super li rrivoluzzjona l-elettronika".

IL-GRAFENE F'NUMRI

Il-grafene huwa fil-fatt laqx irqieq ħafna ta' karbonju ordinarju.  Il-karatteristiċi uniċi tiegħu jistgħu jimmaterjalizzaw il-ħolm ta' dawk kollha li jaħdmu fl-elettronika u f'ħafna teknoloġiji oħra.

10 darbiet aħjar  biex jittrasmetti s-sħana mir-ram

100 darba aktar b'saħħtu mill-azzar imma wkoll flessibbli ħafna

1,000 kilometru kull sekonda l-veloċità ta' elettroni li jivvjaġġaw fih, li jagħmluh kunduttur ral-elettriku eċċellenti

10,000 darba irqaq minn xagħra tal-bniedem

100,000 eħfef minn karta tal-istampar regolari

u 98% trasparenti għad-dawl, imma dens biżżejjed li xejn ma jista' jgħaddi minn ġo fih

Benniena immaġinarja trasparenti magħmula mill-grafene ta' metru kwadru tkun tiżen inqas minn milligramma u tista' b'sikurezza żżomm tarbija għadha titwieled ta' 4 kg!

FIL-QOSOR...

Il-karatteristiċi t'hawn fuq jistgħu biss iwasslu għal titjib tremend fl-effiċjenza għal teknoloġiji eżistenti imma wkoll għal dinja ġdida t'applikazzjonijiet.  It-transistors jistgħu jsiru aktar veloċi u iżgħar, touch screens eħfef u aktar robusti, il-plastiċi 30 grad aktar reżistenti għas-sħana, sensors tal-inkwinament diversi drabi aktar sensittivi.  L-elettroniċi jistgħi jkunu flessibbli, eħfef, aktar b'saħħithom, reżistenti għal ħsara u dħulin għall-ambjent.

Madanakollu, xjentisti għadhom qed jistudjaw il-proprjetajiet ta' dan il-materjal u l‑frott ta' dawn l-istudji għadu mhux misjur. Allura kull ma nistgħu nagħmlu hu li nistennew jekk il-ħolm tagħna fuq il-grafene jiġix fis-seħħ bħal fid-dinja ta' Max u Lily.

IL-WAQFA LI JMISS... PARIĠI!

Fil-frattemp, iż-żewġ eroj tagħna jistennew biex jatterraw... Ibqgħu sintonizzati biex taraw kif ser jidher it-Torri Eiffel fil-futur u kif ser jagħti l-enerġija lil subborg sħiħ grazzi għal elettroniċi organiċi.